April 20, 2018info@mass.org.mtMalta Association of Small Shareholders (MASS VO 0629)

Konferenza Nazzjonali – MaltaFinance 2014

Home / Past Events / Konferenza Nazzjonali – MaltaFinance 2014

 

Fir-ritratt mix-xellFinanceMalta Conference fotoug għall-lemin: Geoffrey Bezzina mill-MFSA, Cliff Pace mill-MSE, Vincent E . Rizzo minn Rizzo, Farrugia Co. (Stockbrokers) Ltd. u Tarcisio Barbara PRO tal-MASS.

 

 

 

Waqt il-Konferenza Nazzjonali – Żomm Ruħek Informat – Investi bil-Ħsieb u bil-Għaqal ‘ li kienet organizzata minn The Malta Funds Industry Association flimkien mal-FinanceMalta, nhar l-Erbgħa, 22 t’Ottubru fil-Grand Hotel Excelsior, Floriana, il-MASS kienet mistiedna li tkun ‘moderatur’ f’waħda mis-sezzjonijiet tal-konferenza. Il-MASS laqgħat bil-ferħ dan l-invit u ħeġġet lill-membri tagħha biex jattendu huma wkoll.

Is-Sur Tarcisio Barbara PRO tal-MASS għamel dawn il-mistoqsijiet lill-kelliema: Mistoqsijiet lil Mr Cliff Pace – MSE

  1. X’inhi d-differenza bejn intermedjarju tas-servizzi finanzjarji, u stockbroker?
  2. Tista’ tispjega d-differenza bejn meta nvestitur ikollu investimenti f’ismu, f’kont mal-Borża, u meta l-investimenti jkunu f’isem xi broker, taħt ‘nominee’ account?
  3. X’inhuma xi fatturi li investitur  jistenna meta jżomm l-investimenti f’ismu direttament mal-Borza?
  4. Hemm mezz kif investitur jista jixtri jew ibieh investimenti, dirett minn fuq Il- Borza ta’ Malta, b’mod elettroniku?

Mistoqsija lil Mr Geoffrey Bezzina – MFSA Kumment: Fil-webpage tal-MFSA hemm spjega ta’ x’hinu ‘nominee account’ u kif jaħdem. Għal-misoqsija : ”How safe are nominne accounts?” fit-tweġiba hemm …”li għalkemm pooled nominee accounts tidher ‘quite alarming’”  ikompli li …”you should not worry too much beacause there are legal systems in place to safeguard your holdings and money”.

Mistoqsija:  Kemm jista’ l-investitur tassew iserraħ rasu minn dan?   Mistoqsija lil Mr Vincent Rizzo – RIZZO FARRUGIA & Co.(Stockbrokers) Ltd. Fil-website ta’ Rizzo, Farrugia & Co. Stockbrokers hemm statement jismu “Investment Advisory”. Fl-ewwel paragrafu hemm miktub li tagħtu servizz ta’ parir professjonali u indipendenti lill-investitur li jrid iżomm kontroll sħiħ tal-investimenti tiegħu. Fl-artiklu Conflict of Interest Policy , li jidher fl-istess webpage, hemm assikurazzjoni li l-Kumpanija tevita konflitti t’interess u fejn jeżistu, tinforma lill-klijent. Mistoqsija:Kemm jista’ klijent tassew iserraħ rasu minn dan?

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.