SHAREHOLDERS NEWS – FEBRUARY 2023 – 76

 In Info and Downloads, News

Dan huwa t-tieni magażin ta’ din is-sena, bħas-soltu b’tagħrif u artikli interessanti. F’din inNewsletter, numru 76 għal Frar 2023, se ssibu l-Editorjal miktub minni Tarcisio Barbara, bħala Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi tal-MASS. Wara għandkom l-Impenji tal-MASS, miktuba minni wkoll. Hawnhekk se ssibu rapport fuq l-impenji kollha li kellha l-MASS fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ Frar. Wara jkun imiss artiklu bl-Ingliż meħud mill-gazzetta Times of Malta: MSE Executive Chairman Joseph Portelli to Head Committee of the World Federation. Wara għandkom artiklu minn Edward Rizzo maqlub għall-Malti minni: L-Iżvilupp ta’ Mezzi Aħjar ta’ Komunikazzjoni mal-Azzjonisti. Imbagħad issibu artiklu mill-Assistent Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi tal-MASS, Jean-Pierre Caligari: Is-Sħubija fil-MASS. Wara għandkom iċ-Ċirkolari-Avviż għal-Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) tal-MASS 2023 u li ser issir fis-16 ta’ Marzu, fil-Borża ta’ Malta, il-Belt Valletta. Fl-aħħar għandkom artikolett minn Jean-Pierre Caligari: Ħlas tal-Miżati mill-1 ta’ Jannar 2023. Fl-aħħar nett, f’paġna 15 issibu l-Avviżi. Aktar: mass-news-letter-76

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt