X’inhuma l-benefiċċji li ssir Membru tal-MASS?

Hemm bżonn kbir li kull investitur ikollu tagħrif sew minn qabel ma jinvesti u, kif maż-żmien, jirranġa l-‘portafoll tal-investimenti’ li diġà għandu. Il-Liġijiet u l-Awtoritajiet  m’humiex biżżejjed biex jipproteġu l-investimenti li jkunu saru b’nuqqas ta’ ħsieb u/jew t’informazzjoni mill-investitur.

Meta tappoġġja l-MASS ikollok dawn il-vantaġġi kif ġej:

  • Li tikseb kuntatt personali ma’ investituri ħerqana li jiddiskutu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom; għal ħafna din hija waħda mill-iżjed aspetti importanti. Li titgħallem mill-esperjenza ta’ l-oħrajn huwa wieħed mill-vantaġġi ewlenin tas-sħubija.
  • Li kull xahar, tattendi għal sezzjoni ta’ tagħrif u tagħlim dwar is-Suq tal-Investimenti minn esperti f’xi qasam partikolari fl-investimenti u tistaqsi dak li forsi qatt ma sibt okkażjoni li tagħmel.
  • Li tirċievi kopja tax-Sharholders’ News, fuljett b’informazzjoni u tagħlim dwar is-Suq tal-Investiment
  • MASS torganizza laqgħat stil analista mad-diretturi u maniġers ta’ kumpaniji  PLCs il-kbar f’Malta. Din tpoġġi lilek fuq bażi livell mal-professjonisti u mill-mistoqsijiet li tagħmel nistgħu nitgħallmu ħafna aktar minn dak li jkun jinsab fir-Rapport Annwali tagħhom.
  • MASS tippreżenta l-opinjonijiet tiegħek lill-Gvern, lil kumpaniji u korpi oħra permezz ta’ laqgħat magħhom u attendenza f’Laqghat Ġenerali Annwali.

Il-ħlas tiegħek ta’ €10 fis-sentejn ta’ sħubija ukoll jgħin biex tappoġġa is-sit web li huwa sors ta’ ħafna informazzjoni utli għall-investituri finanzjarji. Issib ukoll ‘links’ għal aħbarijiet finanzjarji t’interess għall-investitur lokali mingħajr ma taħli ħin tfittex f’mijiet ta’ siti.

Aktar ma jkollna membri, aktar inkunu b’saħħitna bil-vuċi tagħna. M’hemmx żmien għal dewmien – agħmel hekk illum!

Min jixtieq li jissieħeb  mal-MASS jista’ jagħmel dan billi jħallas €10 jekk jissieħeb għal sentejn, €20 jekk  għal ħames snin.

Dan il-ħlas għandu jsir billi jintbagħat ċekk f’isem il-‘Malta Association of Small Shareholders’ f’dan l-indirizz:

Malta Association of Small Shareholders (MASS)

c/o Malta Stock Exchange(MSE)

Garrison Chapel, Castille Place,

Valletta   VLT 1063

Ibgħat id-dettalji tiegħek b’imejl jew bil-posta. (indirizz, numru ID, numru tat-telefon u mobile).

ONLINE APPLICATION FORM

OFFLINE APPLICATION FORM

mass-membership-application-form-2019

MASS Statute amended 2017

Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt