Nittama li issa kulħadd ħafna aħjar mis-sitwazzjoni mwergħa li konna fiha minħabba l-pandemija. Nispera li nibqgħu sejrin hekk biex jekk Alla jrid ma ndumux ma niltaqgħu magħkom. Aħna se nibqgħu impenjati li kif l-Awtoritajiet jagħtuna l-permess, nagħmlu laqgħa għall-membri kollha tal-MASS, ħalli nisimgħu minn għandkom x’għandkom xi tgħidulna u wara nispiċċaw b’riċeviment bla ħlas għal dawk il-membri kollha li jkollhom il-miżata mħallsa. Għaldaqstant nitolbukom biex tibgħatulna l-miżata bil-posta, kif ukoll dawk li mhux imseħbin fil-MASS, ifittxu jinkitbu minnufih. Jista’ jagħti l-każ li din tkun laqgħa ġenerali annwali tal-MASS, li suppost diġà għamilna aktar kmieni din issena Aktar: mass-news-letter-60