SHAREHOLDERS NEWS – OCTOBER 2020 – NO 54
Intant, dan huwa is-sitt magazin ta’ din is-sena, bħas-soltu b’tagħrif u artikli interessanti. Din in-Newsletter, numru 54 għax-xahar ta’ Ottubru 2020, se ssibu l-Editorjal u l-Impenji tal-MASS miktuba minni. Wara għandkom artiklu mill-President tal-MASS, is-Sur Alfred Portelli: Laqgħa bejn il-BOV u l-MASS. Imiss issibu dokument ta’ Proposti għall-Budget 2021 u għal Wara. Imbagħad għandkom artiklu bl-Ingliż mis-Sur Alfred Portelli, li għamel fl-MSE Business Review 2020: Promoting Financial Literacy. Nispiċċaw b’ Ringrazzjament bilMalti u bl-Ingliż, minn membru u eks-membru tal-Kumitat tal-MASS, Dr. Cory Greenland.
Jalla se ssibu din ir-rivista interessanti wkoll; min naħa tagħna nixtiequ nisimgħu l-kummenti tagħkom. Nixtieq ukoll f ’isem sħabi nirringrazzja lil numru kbir ta’ membri li kitbulna jew ċemplulna wara l-aħħar ħarġa li bgħatna, fejn irringrazzjawna, tawna l-appoġġ kollu u inkoraġġewna biex nibqgħu mexjin kif aħna. Min għandu xi artiklu li nistgħu nippubblikawh, jekk jogħġobkom għadduhulna. Nirringrazzjakom ħafna tal-appoġġ u nirringrazzja b’mod speċjali lill-isponsors kollha li tarawhom fil-lista MASS Sponsors fl-aħħar paġna. Inrodd ħajr ukoll f ’isem il-MASS lill-kontributuri kollha għal dan il-fuljett. Aktar: mass-newsletter-54