The MASS Annual General Meeting – Tuesday, 1 September 2020 at 19:00
Għażiż Membru,
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, din id-darba l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MASS, se ssir b’mod differenti mis-soltu. Id-data se tkun it-Tlieta, l-1 ta’ Settembru, 2020, fis-7.00p.m. u se ssir b’mod virtwali bejn il-membri tal-Kumitat biss.
Bħallma tafu, l-aġenda, max-xogħol tal-laqgħa, fosthom ir-rapporti annwali, diġà bgħatnihomlkom permezz tan-Newsletter tagħna ta’ Mejju numru 52. Għalhekk, dawn se jittieħdu bħala moqrija. Min ma qabilx magħhom jew irid jikkummenta dwarhom, jista’ jagħmel dan permezz tal-imejl, biex b’hekk innaqqsu l-kuntatt dirett personali. Għan-nominazzjonijiet għall-ħatra tal-Kumitat ġdid, se nikkonfermaw l-istess membri preżenti għall-kumplament ta’ din is-sena u għaldaqstant ma hemmx ħtieġa ta’ votazzjoni. Emendi jew mozzjonijiet ma hemmx.
Waqt li tapprezzaw li ma stajniex għamilna mod ieħor din is-sena, il-għaliex din il-laqgħa kellha ssir mhux aktar tard mit-8 ta’ Settembru 2020, inroddulkom ħajr tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu nibdew niltaqgħu bħal qabel. Grazzi.
Dear Member,
Due to the COVID-19 pandemic, this time the MASS Annual General Meeting will be held differently than usual. The date will be Tuesday, September 1, 2020, at 7:00 p.m. and will take place virtually between Committee members only.
As you know, the agenda, with the work of the meeting, including the annual reports, has already been sent to you through our May Newsletter no. 52. Therefore, they will be taken as read. Anyone who disagrees with them or wants to comment on them can do so via email, thus reducing direct personal contact. For nominations for the appointment of the new Committee, we will confirm the same members present for the remainder of this year and therefore there is no need for a vote. There are no amendments or motions.
Appreciating that we could not have done otherwise this year, because this meeting was to take place no later than 8th. September, 2020, we thank you for your cooperation and hope that we will soon meet again. Thanks.