NEWSLETTER ISUUE No 98 – APRIL 2026
Issue No. 98 MASS News Letter 98 Għeżież Azzjonisti, Nispera li tinsabu tajbin, bħalma ninsabu aħna. Qed nikteb fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu u nista’ ngħid li kellna xahar mimli daqs bajda, kif ngħidu bil-Malti, b’laqgħat u avvenimenti. L-Assoċjazzjoni MASS, kif se taraw minn dan il-fuljett, kompliet miexja fid-direzzjoni t-tajba u jidher ċar li minn dawn il-laqgħat u l-avvenimenti qed joħroġ ħafna frott. Biżżejjed ngħidu li, il-Laqgħa Ġenerali Annwali li organizzat il-MASS dan ix-xahar, kienet suċċess kbir. Kellna attendenza rekord; f il-fatt, applikaw biex jattendu 90 persuna, għalkemm fl-aħħar in-numru naqas xi ftit minħabba każijiet ta’ mard. Matul u wara din il-laqgħa, il-MASS irċeviet diversi ringrazzjamenti u ħafna kliem ta’ tifħir. Rapport dettaljat ta’ din il-laqgħa se ssibuh fil-ħarġa li jmiss ta’ April.

