NEWSLETTER ISSUE No 99 – MAY 2026

Issue No. 99 MASS News Letter – 99

Għeżież Azzjonisti, Nispera li tinsabu tajbin, bħalma ninsabu aħna. Qed nikteb fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju, żmien li fih aħna mpenjati b’diversi laqgħat u attivitajiet kważi kuljum. Kif tafu, bħalissa qegħdin fl aqwa staġun tal-laqgħat ġenerali annwali tal-kumpaniji; għalhekk, minbarra li nattendu għal dawn il-laqgħat, ikollna wkoll laqgħat oħra mal-bordijiet tal-istess kumpaniji, fejn jiġu spjegati l-andament u l-qagħda finanzjarja tagħhom. Kif tafu wkoll, issa tħabbret id-data tal-elezzjoni, u għaldaqstant qegħdin impenjati wkoll biex inwasslu l-messaġġ tagħna lill-politiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti u l-andament tal-Borża ta’ Malta, li għalkemm uriet xi progress f’dawn l-aħħar xhur, għadha ma laħqitx il-livell li nixtiequ.