NEWSLETTER ISSUE No 100 – JUNE 2026
Issue No. 100 MASS News Letter 100
Għeżież Membri, Nispera li tinsabu kollha tajbin. Waqt li qed nikteb dan l-editorjal ninsabu fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju, bis-sajf wara l-bieb u fl-aqwa staġun tal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumpaniji. Kif semmejt fil-ħarġa preċedenti, dan il-perijodu jġib miegħu ammont sostanzjali ta’ xogħol għall- Kumitat tal-MASS. Qabel il-laqgħat ġenerali annwali, normalment ikollna diversi laqgħat mal-bordijiet tad-diretturi tal-kumpaniji, kultant fuq inizjattiva tagħna u drabi oħra fuq stedina tagħhom. Barra minn hekk, komplejna naħdmu fuq diversi kwistjonijiet li jaffettwaw lill-azzjonisti, fosthom ilkwistjoni tal-MIDI, li s’issa għadha ma sabitx soluzzjoni sodisfaċenti. Kellna wkoll laqgħat ma’ kumpaniji oħra fejn esprimejna t-tħassib tagħna dwar l-andament tagħhom matul dawn l-aħħar xhur u snin.

