Dividends mill-banek

 In Info and Downloads

Membru tal-MASS kitbilna hekk:

“Nixtieq niġbed l attenzjoni li għalkemm veru li l-MFSA hemm il-ħtiega tagħha, jien ma naqbilx li tgħaddi instruzzjonijiet biex il kumpaniji inaqqsu d-dividend lill-azzjonisti. Din issemmiet fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali tal-HSBC, u bil-ħsieb li dan it tnaqqis sa jdum erba’ snin. Dan mhux sew għaliex aħna l-azzjonisti li l-maġġoranza huma anzjani, u li l-ftit li fadlilna ħajjin mhux se ngawdu dak li ħdimna għalih. Dan minbarra l-fatt li din hi waħda mir-raġunijiet li l-ishma qegħdin jitbaxxew fil-valur. Smsajt ħafna lmenti minn azzjonisti li fi ħsiebom jippruvaw ibiegħu l-ishma tagħhom: u jekk isir hekk il prezz bilfors jinżel aktar.
Din hija opinjoni tiegħi. Jiena ċert li hawn kumpaniji li jaħtfu l okkazjoni, li jivvintaw biex ma jħallsux dividend, jew iħallsu prezz baxx. Naħseb li l-MFSA qabel titkellem mal kumpaniji tikkonsidra kollox’’.

Din tidher li hi l-opinjoni ta’ bosta azzjonisti u għalhekk Il-MASS għaddiet din l-ittra lill-MFSA. Din hi t-tweġiba tas-Sur Goeffry Bezzina, Consumer Complaints Manager, MFSA….

Waqt il-laqgħa fil-Lukanda Radisson Blu Resort & Spa, San Ġiljan, li saret fl-24 ta’ April 2014, li għaliha kont mistieden jien, iddedikajt ħafna ħin biex nispjega dwar ir-regoli li l-MFSA daħħlet fis-seħħ, u li l-banek jinħtieġu li jaddottataw qabel ma jiġu biex iqassmu d-dividends lill-azzjonisti.

Ir-regoli japplikaw għall-banek biss u mhux għal impriżi oħra li għandhom ukoll ishma ikkwotati fuq il-Borża. Id-dividends mhux dritt għall-azzjonist, u għalhekk ma jistax azzjonist jitlob li jitħallas dividend għax fil-verità dan id-dritt ma jeżistix. Id-dividends mhumiex imgħax. Għalhekk l-ishma (shares) mhux tajba għal kulħadd: specjalment għal dawk li jiddependu mid-dħul tagħhom biex isostu l-pensjoni tagħhom.

Kif ġie spjegat fil-konferenza, l-MFSA qed tħares ‘il quddiem u trid li l-banek li tirregola jkunu mibnija fuq sisien aktar sodi milli huma illum (li huma sisien diġa sodi). L-MFSA tħoss li, għalkemm xi azzjonisti jistgħu jintlaqtu b’livell ta’ dividends aktar baxxi, wara kollox għada pitgħada l-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiżna se jkunu bil-wisq aktar b’saħħithom; b’kapital aktar milli għandhom illum. Dan se jgawdi minnu mhux biss l-azzjonist imma wkoll kull min għandu xi tip ta’ relazzjoni kummerċjali mal-bank (inkluż id-depożitant) kif ukoll il-pajjiż kollu.

Ta’ min wieħed isemmi li, fuq livell Ewropew, qed jidħlu fis-seħħ diversi inizjattivi li għandhom l-għan li mhux biss isaħħu l-kapital tal-banek imma wkoll anke l-istrutturi operattivi bankarji u saħansitra anke jsaħħu l-għodda regolatorja lill-awtoritajiet li huma responsabbli mill-banek. Ta’ min isemmi, per eżempju, id-Direttiva Ewropeja CRD IV li permezz tagħha ir-regolaturi Ewropej ingħataw għodod regolatorji biex jiżguraw li r-riskji li jieħdu l-banek ma jkunux ta’ detriment għad-depositanti u għall-azzjonisti.

Min irid jara fid-dettall ir-Regoli dwar dan kollu jista’ juża l-links t’hawn isfel.

Explanatory Note to BR/09

http://www.mfsa.com.mt/pages/readfile.aspx?f=/files/LegislationRegulation/regulation/banking/2014%20BR09%20Explanatory%20Note.pdf

Banking Rule BR/09

http://www.mfsa.com.mt/pages/readfile.aspx?

<a “>f=/files/LegislationRegulation/regulation/banking/Measures%20Addressing%20Credit%20Risks%20Arising%20from%20the%20Assessment%20of%20the%20Quality%20of%20Asset%20Portfolios%20of%20Credit%20Institutions%20Authorised%20under%20the%20Banking%20Act%201994.pdf

Il-MASS tirrakkomanda lil kull min irid ikun jaf dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mas-Suq Finanzjarju, biex jidħol fil-website tal-MFSA, jagħfas it-tab ‘consumer complaints’ u jirreġistra fil-paġna mymoneybox.

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt