Il‐Waqgħa tal‐Litteriżmu Finanzjarju
Kitba ta’ Guillaume Prache Chief Executive Officer-Better Finance – Brussles.
Maqlub għall-Malti minn S. Mifsud.
Hemm żewġ opportunitajiet ewlenin għaċ‑ċittadini Ewropej sabiex jiksbu edukazzjoni finanzjarja:
– Meta jkunu għadhom tfal jew adolexxenti fl‑iskola
– Meta, bħala adulti, ‑ jiltaqgħu ma’ intermedjarji finanzjarji
Sfortunatament, f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, l-użu ta’ dawn l‑opportunitajiet dejjem kompla jonqos.
Edukazzjoni skolastika
L‑ewwel prijorità għal kwalunkwe pjan sabiex jitjieb il‑litteriżmu finanzjarju hija li terġa’ tiddaħħal matematika finanzjarja bażika fil‑kurrikuli Ewropej; u dan kemm jista’ jkun mill‑Iskola Primarja.
Ktieb Franċiż ta’ Skola Elementari mill‑1880 juri li aktar minn seklu ilu, tfal żgħar kienu ġew mgħallma fuq l‑imgħax, ir‑rati tal‑imgħax, interessi komposti, kif ukoll ishma, flimkien ma’ eżerċizzji prattiċi ta’ kif jiġi ikkalkolati. Daż-żminijiet, fil‑bidu tas‑seklu wieħed u għoxrin, il‑kurrikuli matematiċi tat‑tfal tiegħi ma kinux jinkludu l‑ebda wieħed minn dawk il‑kunċetti neċessarji u kif tużahom: la fl‑iskejjel primarji u lanqas fl‑iskejjel sekondarji. Minflok, kienu ġew mgħallma għodod ġeometriċi pjuttost sofistikati għal sentejn jew tliet snin konsekuttivi bħat‑Teorija ta’ Thales, li l‑użi prattiċi tagħhom fil‑ħajja adulta huma pjuttost aktar limitati, pereżempju, minn dawk fuq ir-rati tal‑imgħax.
Huwa tal-iskantament tinnota n-nuqqas tal‑litteriżmu finanzjarju fl‑iskejjel: meta l-bniedem tallum qed jgħix f’għomor ħafna itwal u l‑kontribuzzjoni tas‑sistemi tal‑pensjonijiet “pay‑as‑you‑go” qed tonqos. Dan jiġġustifikaw li l‑ġenerazzjonijiet iż‑żgħar għandhom jitgħallmu x’inhi ‘annuity’ u kif tinħadem.
Edukazzjoni …
Sfortunatament, kif narawha aħna, in-nuqqas tal‑litteriżmu finanzjarju huwa aktar innotat riċentement fl‑edukazzjoni tal-kbar. Il‑mod ewlieni kif l‑adulti jiksbu aktar edukazzjoni finanzjarja minn dik li kienu tgħallmu (jew ma tgħallmux) fl‑iskola hu permezz ta’ kuntatt ma’ intermedjarji finanzjarji, bħalma huma l‑banek, stockbrokers, eċċ.
Erbgħin sena ilu, azzjonisti minoritarji kellhom 40% tal-ishma Ewropej. Ħafna drabi l‑individwi żammew ukoll ‘bonds’. L‑intermedjarji finanzjarji lkien ikollhom regolarment “jedukaw” lill‑klijenti rigward l‑ishma u bonds waqt li kienu joffruhomlhom bħala investiment. Daż-żminijiet, l‑individwi jżommu direttament madwar 13% biss tal-ishma reġistrati Ewropej. Min‑naħa l‑oħra ż‑żamma tal‑fondi llum żdiedet minn 5% għal 25% tal‑ishma Ewropej. Daż-żminijiet, in‑nies jiġu aktar mgħarrfa fuq prodotti ta’ pakkett kompless t’investiment milli fuq ishma u bonds.
Bil‑ħolqien ta’ prodotti “ppakkjati”, li bdew bil‑fondi ta’ investiment fis‑snin 70 u 80 tas‑seklu għoxrin, il-mira tal‑intermedjarji ta’ investiment lejn l-investitur iż-żgħir (retail) tabilħaqq inbidel radikalment: ma baqgħux jiffukaw dwar li jinfurmaw u jispjegaw fuq l‑ishma u bonds, għaliex huma mehdija jinfurmaw u jispjegaw rigward il‑prodotti ppakkjati (fondi, assigurazzjoni tal‑ħajja, prodotti bankarji, eċċ.) li qegħdin joffru llum.
Ikun tabilħaqq interessanti li jitkejjel il‑livell tal‑litteriżmu taċ‑ċittadini Ewropej rigward is‑swieq kapitali (ishma u bonds) fid‑deċennji riċenti: aħna nilagħbu l-flus li pjuttost naqas.
Miżuri bħal dawn jistgħu jibdew permezz tal‑mexxejja tagħna. Pereżempju, kważi ħadd mill‑Ministri preżenti tal‑Gvern Franċiż ma jiddikjara li jżomm xi tip ta’ ishma. Wieħed imbagħad jistaqsi kemm dawn jafu, u kemm jifhmu fuq il‑finanzjament tal‑ekonomija fuq żmien twil. Eżempju ieħor li laqatni dwar l‑illitteriżmu finanzjarju tal‑mexxejja tallum hu meta riċentement staqsejt eżekuttiv tal‑Kummissjoni Ewropea għaliex fl‑Ewropa huma daqstant ftit il-każijiet ta’ abbuż fis‑suq li spiċċaw fil‑kundanna ta’ dawk li jabbużaw. Hu wieġeb li ..”ħafna drabi l‑imħallef ma jifhimx id‑differenza bejn ishma u bond”.
Dan li fl‑istess waqt, il‑prodotti u servizzi finanzjarji aktar ma jgħaddi ż‑żmien saru aktar kumplessi, u xi kultant kumplessi żżejjed: anke għall-professjonisti finanzjarji biex verament jifhmuhom. Dan deher mill‑industrija stess meta wieħed iħares lejn l‑għeruq tal‑kriżi finanzjarja tal‑2008.“L‑istrumenti li għaqqdu flimkien is‑self għax‑xiri tad‑djar u r‑riskju tagħhom saru kumplessi żżejjed. Dik il‑kumplessità u l‑fatt li diversi strumenti ma setgħux jinxtraw jew jinbiegħu b’mod faċli aggravaw l‑effetti tal‑kriżi” (Lloyd Blankfein, CEO tal‑Goldman Sachs, 2010)
L‑irwol tal‑industrija finanzjarja
Din il‑qasma li dejjem qiegħda titwessa’ bejn il‑livell tal‑litteriżmu tal‑individwi u l‑kumplessità li dejjem qiegħda tikber tal‑offerti tas‑servizzi finanzjarji mhix xi ħaġa ġdida. In-nuqqas dejjem jikber fit-telf ta’ fiduċja tal‑investituri individwali fis‑swieq finanzjarji inġenerali, inklużi l‑fondi ta’ investiment, jidher f=dejjem jikber. Il‑prodotti ta’ investiment ikklassifikaw fit‑30 post u fl‑aħħar (l‑agħar) kategorija tas‑servizzi għall‑konsum għal tliet snin konsekuttivi fl‑EU Consumer Markets Scorecard ‑ December 2012
Huwa allura fl-interess fuq żmien medju u fuq żmien twil tal‑industrija finanzjarja ‑ u b’mod partikolari anke tal‑intermedjarji nfushom ‑ sabiex jinstabu modi kif jitreġġu’ lura dawn ix‑xejriet ta’ ħsara, u tmur lura għall‑affarijiet bażiċi tas‑Swieq Kapitali mal‑klijienti tagħha.. Maniġers tal‑assi jistgħu jimpenjaw ruħhom ma’ konsulenti u aġenti finanzjarji sabiex jispjegaw lill‑klijenti fiex jikkonsisti investiment tipiku u għaliex huwa importanti ħafna għall‑ekonomija u l‑impjiegi. In‑nies hemm bżonn jifhmu fiex qegħdin jinvestu. “Qatt tinvesti f’settur kummerċjali li int ma tistax tifhem” (Warren Buffett).
Probabbilment, l‑aħjar servizz għal edukazzjoni finanzjarja li l‑industrija ta’ investiment tista’ toffri hu li toffri firxa limitata ta’ prodotti sempliċi, b’għanijiet ta’ investiment ċari daqs il‑kristall, speċjalment fil‑qasam fuq żmien twil u bħal pensjonijiet.