KONFERENZA PUBBLIKA – DIĊEMBRU
Kelliemi: Dr Ivan Grixti, PhD(Soton), membru sħiħ tal-Istaff Akkademiku fl’Accountancy Department ta’ l-Università ta’ Malta. Hu doċent fil-Financial Accounting u fl’IT Applications for Accountants u jsegwi diversi studenti fit-teżi tagħhom.
Suġġett: RATIOS – Il-figuri li jidhru fl-aħħar linji tar-Rapport Finanzjarju, ma jagħtux stampa sħiħa tal-istat finanzjarju ta’ kumpanija. L-investitur għandu bżonn aktar tagħrif minn hekk. Hemm proċess li jissejjah ‘ratio analysis’ li jgħarbel dawk il-figuri u jqabbilhom ma’ xulxin biex joħroġ aktar tagħrif fid-dettal. Eżempju ta’ ratios huma price/NAV u l-P/E Ratio. L-investitur għandu jara dawn ir-ratios, u oħrajn magħhom, biex iqabbel kumpanija m’oħra, meta jiġi biex jagħżel jekk jinvestix f’waħda u mhux f’oħra. F’din it-taħdita jingħata tagħrif prattiku biex l-investitur jifhem xi jfissru xi wħud minn dawn ir-Ratios u kif jużhom.
Post: Radisson Blu Resort. St George’s Bay, St. Julians
Data: It-Tlieta, 15 ta’ Diċembru 2015
Ħin: mis-6:00 sat-8:00 PM.
Dħul b’xejn.
Wara li tintemm il-laqgħa, jittellgħu żewġ rigali fost il-membri tal-MASS, li jkunu preżenti u li għandhom it-tessera mħallsa għal 2015. Ir-rigali huma Buffet Lunch għal żewġ persuni fil-Great Dane Restaurant fil-Bajja tal-Mellieħa.