Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) tal-MASS – 16 MARZU 2022

 In Info and Downloads

Għażiż/a Membru,

Wasalna fi tmiem ta’ Kumitat ieħor. Dan jinbidel jew jiġi kkonfermat kull sena. Din il-laqgħa tkun ta’ importanza kbira għax fiha jingħata rendikont ta’ dak li sar f’din l-aħħar sena. Jingħata wkoll rapport finanzjarju. Fl-aħħar issir il-ħatra tal-Kumitat il-ġdid tal-MASS. Qabel tibda l-laqgħa, sakemm ikollna l-kworum, ikollna ħin biex intom il-membri tkunu tistgħu titkellmu fuq xi esperjenzi li kellkom f’dawn l-aħħar xhur. Wara l-laqgħa se jsir riċeviment fl-istess post u kulħadd jibqa’ bilqegħda u se niġu servuti ikel u xorb.  Il-laqgħa se tkun għall-100 persuna biss jekk intom se ġġibu s-sieħeb/sieħba. Għaldaqstant dawk li se
jattendu jridu jibgħatulna li se jattendu jew b’imejl jew bil-mobajl. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija, rridu nkunu konformi mar-regoli tas-saħħa. Min se jattendi irid juri ċ-ċertifikat li vaċċinat u jrid ikun liebes il-maskra u qabel tidħlu tiġu ċċekkjati għat-temperatura u tridu tagħmlu s-sanitizer. Inħeġġiġkom tagħmlu s-suġġerimenti u l-kritika tagħkom u min jixtieq, sa jumejn qabel illaqgħa, jista’ jressaq xi emendi jew mozzjonijiet għall-Istatut.
Il-laqgħa se ssir: L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2022, fil-Danish Village, l-Għadira, il-Mellieħa fis-6.00 pm.

Inħeġġeġ lil dawk li jħossu li jistgħu jagħtu sehemhom fil-Kumitat il-ġdid, biex jersqu sabiex jiġu nnominati. Għal dan il-għan, hawn taħt tistgħu tinnominaw u tissekondaw membri għall-Kumitat il-ġdid biex imexxi fis-sena li ġejja.

Dejjem Tiegħek

Tarcisio Barbara
PRO

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt