Laqgħa Ġenerali Annwali

 In Past Events

Avviż għall-Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) 2016

Għażiż/a Membru,

Il-LĠA se’ ssir nhar it-Tlieta, 26 ta’ Jannar, fis-6.00PM, fil-Corinthia Palace Hotel & Spa Ħ’Attard.

  1. Ħatra ta’ Ċerpersin
  2. Minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali 2015
  3. Diskors tal-President
  4. Rapport Amministrattiv
  5. Rapport Finanzjarju
  6. Emendi għall-Istatut (jekk ikun hemm)
  7. Mozzjonijiet (jekk ikun hemm)
  8. Ħatra ta’ Reviżuri
  9. Ħatra ta’ Tellers (jekk meħtieġ)
  10. Elezzjoni tal-Kumitat (jekk meħtieġ)

Il-membri li ħallsu t-tessera għas-sena 2015 u 2016 huma mitluba jattendu.

L-applikazzjoni tal-kandidati għall-Elezzjoni tal-Kumitat, li tinstab fix-Shareholder’s News Nru 15, trid tasal għand is-Segretarju sas-6:00PM ta’ nhar it-Tlieta, 19 ta’ Jannar 2016.

NOTA: Il-membri li għad ma ħallsux it-tessera, u dawk li jixtiequ jissieħbu, huma ġentilment mitluba li  jħallsu billi jibgħatu ċekk lit-Teżorier, jew bl-internet banking. Jingħataw it-tessera u kalendarju.

Jekk jista’ jkun għandhom jagħmlu dan qabel / jew dakinhar tal-Konferenza Ġenerali Annwali ta’ nhar it-Tlieta, 26 ta’ Jannar 2016.

Lawrence Mifsud

Segretarju

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt