MASS MEMBERS NEWSLETTER – MARCH 2025
Għeżież Azzjonisti,
Insellmulkom u nisperaw li tinsabu tajbin. Aħna bħala MASS bħalissa għaddejjin b’xogħol kbir u kif għedtilkom ix-xahar li għadda, ix-xogħol tal-MASS żdied ħafna, minħabba li fis-suq tal-investimenti qed jinqalgħu ċerti ċirkostanzi li aħna bħala assoċjazzjoni ma nistgħux inħalluhom għaddejjin u qisu mhu qed jiġri xejn. Kif għedtilkom fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, is-sena l-oħra kellna rekord ta’ laqgħat u impenji, u din is-sena tidher li se nkunu mpenjati ferm iżjed. Biżżejjed ngħidilkom, li dan ix-xahar, bilkemm qegħdin inlaħħqu mal-laqgħat u appuntamenti li għandna. Ġieli kellna 3 laqgħat f’ġurnata u biex inlaħħqu magħhom kollha, intlaħaq qbil bejnietna biex nitqassmu u nkunu nistgħu nattenduhom kollha. Minkejja li tgħabbejna b’ħafna xogħol, aħna xorta nħossuna sodisfatti, il-għaliex f’dawn l-aħħar ġimgħat il-membri żdiedu ħafna, kemm fi ħlas
tal-miżati, kif ukoll bl-attendenza fil-laqgħat. Minn dak li jidher, aktar kemm nagħmlu laqgħat u jkollna kuntatti mal-membri, aktar qed naraw kemm aħna l-investituri ż-żgħar għad fadlilna x’nitgħallmu. Aktar: mass-news-letter-90