NEWSLETTER ISSUE No 96 – JANUARY 2026
Issue No 96: MASS News Letter 96
Għeżież Membri, Nittamaw li tinsabu f’saħħitkom, kif ninsabu aħna. Dan huwa l-ewwel messaġġ tagħna għal din is-sena. Ix-xogħol tal-MASS diġà qabad ir-rankatura, hekk kif bdejna l-preparazzjonijiet għal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumpaniji, u fil-fatt waħda minnhom diġà saret. Bdejna wkoll niltaqgħu mal-uffiċjali u l-maniġment tal-kumpaniji, sabiex jipprovdulna aġġornament fuq l-andament tal-kumpanija u biex inressqu l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li niġbru mingħandkom.

