SHAREHOLDERS NEWS – DECEMBER 2021 – 65
Għeżież Azzjonisti, nispera li intom tajbin bħallma ninsabu aħna. Qed noqorbu lejn l-aħħar tas-sena u jekk Alla jrid qabel il-Milied, se niltaqgħu għal taħdita ġewwa l-Lukanda Corinthia San Gorg, San Ġiljan, suppost l-ewwel waħda ta’ wara l-pandemija, għax kif tafu din baqgħet magħna. Issa nispera li ma tkomplix iżżid u jkollna nħassru kollox, għax ukoll, fil-11 ta’ Jannar 2022, se nagħmlu oħra ġewwa l-Kumpless Danish Village, l-Għadira il-Mellieħa u wara din it-taħdita se nispiċċaw b’finger food u drinks, flimkien mad-deżerta. Din se tkun mingħajr ħlas għall-membri tal-MASS li jkollhom il-miżata mħallsa. Għaldaqstant nitolbukom biex tibgħatulna l-miżata bil-posta, kif ukoll dawk li mhux imseħbin fil-MASS, ifittxu jinkitbu minnufih, sabiex inkomplu nżidu s-saħħa. Aktar: mass-news-letter-65