SHAREHOLDERS NEWS – DECEMBER-JANUARY 2023 – 75
Bdejna sena oħra u diġà wasalna fit-tieni xahar. Ix-xogħol tal-MASS baqa’ għaddej u kif se taraw minn dan il-fuljett, il-ħidma għall-ġid tal-investituri, baqgħet għaddejja mingħajr waqfien. Intant, dan huwa l-ewwel magażin ta’ din is-sena, bħas-soltu b’tagħrif u artikli interessanti. F’din inNewsletter, numru 75 għal Diċembru 2022 u Jannar 2023, se ssibu l-Editorjal miktub minni Tarcisio Barbara, bħala Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi tal-MASS. Wara għandkom l-Impenji tal-MASS, miktuba minni wkoll. Hawnhekk se ssibu rapport fuq l-impenji kollha li kellha l-MASS f’Diċembru u Jannar li għaddew, li kif se taraw kienu wkoll sostanzjali. Wara jkun imiss artiklu bl-Ingliż ippreparat mill-MASS: Proposals MFSA 6-12-22. Fl-aħħar għandkom artikolett minn Jean-Pierre Caligari: Ħlas tal-Miżati mill-1 ta’ Jannar 2023. Fl-aħħar nett, f’paġna 15 issibu l-Avviżi. Aktar: mass-news-letter-75