SHAREHOLDERS NEWS – JULY 2021- 61

 In Info and Downloads

Għeżież Azzjonisti, nixtieq niskuża ruħi magħkom, għax kif tafu fl-aħħar ħarġa ktibtilkom, li dak inhar ittamajt li issa kulħadd kien ħafna aħjar mis-sitwazzjoni
mwergħa li konna fiha minħabba l-pandemija. Is-sitwazzjoni hekk kienet dak inhar li ktibt, imma peress li l-fuljett ħareġ tard minħabba problemi li ma kellniex kontrol fuqhom u għalhekk sakemm il-magazin wasal f’idejkom, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-pandemija reġgħet marret għall-agħar. Nispera li li l-affarijiet jinbidlu, biex jekk Alla jrid ma ndumux ma niltaqgħu magħkom. Aħna se nibqgħu impenjati li kif l-Awtoritajiet jagħtuna l-permess, nagħmlu laqgħa għall-membri kollha tal-MASS, ħalli nisimgħu minn għandkom x’għandkom xi tgħidulna u wara nispiċċaw b’riċeviment bla ħlas għal dawk il-membri kollha li jkollhom il-miżata mħallsa. Għaldaqstant nitolbukom biex tibgħatulna l-miżata bil-posta, kif ukoll dawk li mhux imseħbin fil-MASS, ifittxu jinkitbu minnufih. Jista’ jagħti l-każ li din tkun laqgħa ġenerali annwali tal-MASS li suppost diġà għamilna aktar kmieni din is-sena. Grazzi lil ħafna minnkom li lqajtu l-appell tagħna u qed tibgħatu l-miżati bil-posta. Aktar: mass-news-letter-61

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt