SHAREHOLDERS NEWS – MARCH-APRIL 2023 – 77
Għeżież Azzjonisti, nispera li intom tajbin bħalma ninsabu aħna. Il-ħidma tal-MASS kompliet għaddejja b’ċerta rankatura minħabba l-istaġun tal-laqgħat ġenerali annwali tal-Kumpaniji. Aħna bħala MASS attendejna dawn il-laqgħat ġenerali kollha, inkluż numru ta’ laqgħat oħrajn li għamilna ma’ bordijiet ta’ Kumpaniji, kif ukoll attendejna xi seminars u għamilna numru ta’ konferenzi. Rapporti qosra ħafna fuq dawn l-impenji sejrin issibuhom f’dan il-fuljett u fil-fuljett li jmiss. Jiddispjaċina ħafna li minħabba ċirkostanzi li ma kellniex kontrol fuqhom, il-fuljett ma ħariġx f’dawn l-aħħar xhur. Imma kif se taraw minn dan il-fuljett u ta’ warajh, ix-xogħol tal-MASS baqa’ għaddej b’ritmu qawwi u jekk Alla jrid se nkomplu noħorġu dan il-magażin b’mod regolari u nkomplu bir-rutina tas-soltu. Aktar: mass-news-letter-77