NEWSLETTER ISSUE NO 71 – MAY 2022

Għeżież Azzjonisti, nispera li intom tajbin bħalma ninsabu aħna. Il-ħidma tal-MASS kompliet għaddejja b’ħidma kbira, kemm bil-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumpaniji bħax-xahar l-ieħor, kif ukoll b’laqgħat oħra mal-istess kumpaniji. Innutajna li diversi kumpaniji għażlu li jagħmlu l-Laqgħat Ġenerali Annwali bil-preżenza tal-Azzjonisti. Oħrajn b’dispjaċir għażlu li jagħmluhom virtwalment u agħar minn hekk kien hemm min lanqas biss xandarhom dirett. Grazzi lill-MASS li kkonvinċejna diversi kumpaniji, biex il-Laqgħa Ġenerali Annwali jagħmluha fiżikament u anke jxandruha diretta. Ara aktar: mass-news-letter-71