SHAREHOLDERS NEWSLETTER – DECEMBER 2024
Għeżież Azzjonisti,
Insellmilkom u nispera li tinsabu tajbin. Dan huwa l-aħħar messaġġ tiegħi għal din is-sena, li kienet mill-aktar impenjattiva għall-MASS. Naħseb li din is-sena kellna numru rekord ta’ laqgħat, kif rajtu mill-impenji li nikteb dwarhom. Għamilna wkoll konferenza kull xahar, kif ukoll laqgħa tal-kumitat kull xahar. Minbarra l-laqgħa ġenerali annwali li saret aktar kmieni din is-sena, din is-sena wkoll għamilna laqgħa ġenerali straordinarja, fejn emendajna l-istatut tal-assoċjazzjoni. Din is-sena wkoll fuq pariri li ħadna, biddilna l-logo, biex hekk tajna dehra aħjar lill-assoċjazzjoni tagħna MASS, kif ukoll biddilna l-isem tal-assoċjazzjoni li issa ġie aktar adattat. Aktar: mass-news-letter-87