NEWSLETTER ISSUE No 89 – FEBRUARY 2025

Issue No 89:  mass-news-letter-89

Għeżież Membri, Nispera li tinsabu tajbin, bħalma ninsabu aħna. Kif għedtilkom ix-xahar li għadda, ix xogħol tal-MASS diġà qabad ir-rankatura bħala preparazzjoni għal-laqgħat ġenerali annwali tal-Kumpaniji, u li wħud minnhom diġà bdew. Minn dak li jidher, din is-sena se naraw żjieda fil-laqgħat mal-Awtoritajiet, u wkoll mal-Uffiċjali u l-Management tal Kumpaniji. Dan se jkun minħabba li bħalissa hemm diversi sitwazzjonijiet fis-suq lokali li l-Investituri  qegħdin jippreokkupawhom.