THE MASS ANNUAL GENERAL MEETING – THURSDAY, 23 SEPTEMBER 2021

 In Past Events

Avviż għall-Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) 2021

Għażiż/a Membru,

Wasalna fi tmiem ta’ Kumitat ieħor. Dan jinbidel jew jiġi kkonfermat kull sena. Din il-laqgħa tkun ta’ importanza kbira għax fiha jingħata rendikont ta’ dak li sar f’din l-aħħar sena. Jingħata wkoll rapport finanzjarju. Fl-aħħar issir il-ħatra tal-Kumitat il-ġdid tal-MASS. Qabel tintemm il-laqgħa se nħallu ħin biex intom il-membri tkunu tistgħu titkellmu fuq xi esperjenzi li kellkom f’dawn l-aħħar xhur. Wara l-laqgħa se jsir riċeviment fl-istess post u kulħadd jibqa’ bilqegħda u se niġu servuti.
Il-laqgħa se tkun għall-100 persuna biss jekk intom se ġġibu s-sieħeb/sieħba. Għaldaqstant dawk li se jattendu jridu jikkonfermaw b’imejl jew bil-mobajl. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija, rridu nkunu 2 metri bogħod minn xulxin u nkunu konformi mar-regoli tas-saħħa. Min se jattendi irid
juri ċ-ċertifikat li vaċċinat u jrid ikun liebes il-maskla u qabel tidħlu tiġu ċċekkjati għat-temperatura u tridu tagħmlu s-sanitizer. Inħeġġiġkom tagħmlu s-suġġerimenti u l-kritika tagħkom u min jixtieq, sa jumejn qabel il-laqgħa, jista’ jressaq xi emendi jew mozzjonijiet għall-Istatut.

Il-laqgħa se ssir: Il-Ħamis 23 ta’ Settembru 2021, fil-Lukanda Corinthia San Gorg, San Ġiljan fis-6.30 pm.

Inħeġġeġ lil dawk li jħossu li jistgħu jagħtu sehemhom fil-Kumitat il-ġdid, biex jersqu sabiex jiġu nnominati. Għal dan il-għan, hawn taħt tistgħu tinnominaw u tissekondaw membri għall-Kumitat il-ġdid biex imexxi fis-sena li ġejja.

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt