NEWSLETTER ISSUE NO 92 – JULY 2025
Għeżież Azzjonisti,
Insellmulkom u nittamaw li tinsabu tajbin, bħalma ninsabu aħna. Bħalissa, qed nikteb dan l-editorjal f’nofs is-sajf, ftit wara li għalaq l-istaġun tal-Laqgħat Ġenerali Annwali talkumpaniji elenkati fil-Borża ta’ Malta. Għalina fil-kumitat tal-MASS, ix-xhur li għaddew kienu ta’ impenn kbir. Kellna numru rekord ta’ laqgħat, kollha bil-għan li nkomplu naġevolaw is-suq lokali, sabiex l-azzjonisti jkunu jistgħu jibbenefikaw iktar. Tant kienu intensi dawn l-attivitajiet li, b’dispjaċir, ma rnexxilniex inżommu l-pubblikazzjoni regolari tal-fuljett tagħna kull xahar. Aktar detalji: mass-news-letter-92