NEWSLETTER ISSUE No 95 – DECEMBER 2025
Għeżież Azzjonisti,
Insellmulkom u nittamaw li tinsabu tajbin, bħalma ninsabu aħna. Issa qegħdin fuq l-għatba tax-xitwa, u wasalna fl-aħħar xahar tas-sena – sena li mingħajr dubju kienet fost l-aktar impenjattivi għalina. Fil-ġimgħat li ġejjin, inħejju rendikont tal-attivitajiet u mpenji kollha li saru matulha. Meta nħarsu lejn in-
numru ta’ laqgħat u impenji mwettqa, naħsbu li se niksbu rekord ġdid; dan juri biċ-ċar il-ħidma kbira li qed tagħmel il-MASS. Kif se taraw minn dan il-fuljett, il-ħidma fl-Assoċjazzjoni baqgħet għaddejja b’ritmu qawwi, dejjem bl-għan li nipproteġu lill-azzjonisti u lill-investituri. Aktar: mass-news-letter-95