SHAREHOLDERS NEWSLETTER – JULY 2024

 In Info and Downloads, News

Għeżież Azzjonisti,
Nispera li tinsabu tajbin, waqt li wħud minnkom għadhom għaddejjin bil-vaganzi tas-sajf. Din is-sena kif jaf kulħadd, kellna sajf kiefer bis-sħana, almenu sa issa waqt li qed nikteb dan l-editorjal f’nofs Awwissu. Aħna bħala Kumitat tal-MASS ma tantx striħajna dan is-sajf, il-għaliex kif rajtu u se taraw minn dan il-fuljett, kellna ħafna impenji, kemm bil-laqgħat ġenerali annwali, kif ukoll b’laqgħat oħra speċjalment ma’ Awtoritajiet. Dan dejjem biex inressqu proposti favur l-investituri ż-żgħar sabiex intejbu s-suq lokali. Fil-bidu ta’ Awwissu konna impenjati wkoll biex nippreparaw għal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja, fejn emendajna l-Istatut tal-Assoċjazzjoni, biex inkunu nistgħu naħtru presidenti, segretarji, teżoriera u membri onorarji fl-Assoċjazzjoni tagħna. Imma rapport dwar l-andament ta’ din il-laqgħa interessanti li kellna, se ssibuh fil-ħarġa li jmiss. Aktar: mass-news-letter-85

Recent Posts
Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.

Not readable? Change text. captcha txt