NEWSLETTER ISSUE No 85- JULY 2024
Issue No 85: mass-news-letter-85
Għeżież Azzjonisti, nispera li tinsabu tajbin, waqt li wħud minnkom għadhom għaddejjin bil-vaganzi tas-sajf. Din is-sena kif jaf kulħadd, kellna sajf kiefer bis-sħana, almenu sa issa waqt li qed nikteb dan l-editorjal f’nofs Awwissu. Aħna bħala Kumitat tal-MASS ma tantx striħajna dan is-sajf, il-għaliex kif rajtu u se taraw minn dan il-fuljett, kellna ħafna impenji, kemm bil-laqgħat ġenerali annwali, kif ukoll b’laqgħat oħra speċjalment ma’ Awtoritajiet.

