NEWSLETTER ISSUE NO 91 – APRIL 2025
Għeżież Azzjonisti,
Insellmulkom u nisperaw li tinsabu tajbin bħalma ninsabu aħna. Bil-għajnuna ta’ Alla, issa bdejna r-rankatura biex nattendu għal-laqgħat ġenerali annwali tal-kumpaniji elenkati fil-Borża ta’ Malta. Bħalma tafu, dan lill-MASS jinvolviha f’ħafna xogħol, billi nieħdu ħsieb li f’kull laqgħa jkun hemm mill-inqas rappreżentant mill-kumitat tal-MASS. Qabel dawn il-laqgħat aħna nkunu ġa ppreparati, biex meta jkun hemm il-ħtieġa nsaqsu xi mistoqsijiet, uħud minnhom li tkunu bgħattulna intom stess, kif ukoll nagħmlu xi osservazzjonijiet lillbordijiet tal-kumpaniji. Barra minn hekk aħna nieħdu ħsieb, li fejn huwa possibbli, nagħtu rendikont qasir ta’ kull laqgħa fuq dan il-fuljett, kif ukoll nipproduċu xi ritratti. Aktar detalji: mass-news-letter-91