NEWSLETTER ISSUE No 97 – FEBRUARY 2026

Issue No 97:  MASS News Letter 97

Għeżież Azzjonisti, Nispera li tinsabu tajbin bħalma ninsabu aħna. Dan huwa t-tieni messaġġ tagħna għal din is-sena. Ix-xogħol tal-MASS jibqa’ għaddej u, kif għedtilkom ix-xahar li għadda, diġà bdejna t-tħejjijiet għal-laqgħat ġenerali annwali tal-kumpaniji. Qed niltaqgħu mal-uffiċjali u l-maniġment tagħhom sabiex nisimgħu l-fehmiet tagħhom u, fl-istess ħin, nagħmlu s-suġġerimenti tagħna għall-ġid tal azzjonisti kollha. Din is-sena wkoll diġà organizzajna numru ta’ konferenzi dwar suġġetti attwali u ta’ interess kemm għall-azzjonisti kif ukoll għall-investituri kollha.