‘Tifkira’ lill-ex President Manwel Farrugia

Manwel mementofullQabel il-koferenza  publika li saret nhar it-Tlieta, 30 ta’ Settembru, fil Corinthia Hotel, St George’s Bay, il-President is-Sur Alfred Portelli, ta rigal lill-ex President is-Sur Manwel Farrugia. B’dispjaċir is-Sur Manwel ma setax jiġi għal din l-okkażjoni u għalhekk stedinna ‘l ibnu Robert  biex jiġi minn floku. Fir-ritratt jidher is-Sur Manwel fid-dar tiegħu.

‘Manwel’, kif kien iridna nindirizzawh, irtira mill-ħajja publika wara ħafna snin ta’ ħidma f’għaqdiet tal-volontarjat u assoċjazzjonijiet oħra.

Il-Kumitat tal-MASS ra li jkun tassew xieraq li juri l-apprezzament tiegħu lis-Sur Manwel li b’għaqal u b’esperjenza mexxa ‘l MASS fi żmien diffikultuż. Għalhekk tah din it-tifkira żgħira iżda li tfisser ħafna għalih, kif qalilna hu stess.

Aħna lkoll nixtiqulu ‘għomor twil’.

GRAZZI Manwel.